Raġel akkużat bit-traffikar tad-droga qal li hu aċċetta li jġorr id-droga, li nstabet fil-pussess tiegħu, għaliex kellu bżonn il-flus.
John Xuereb, ta’ 48 sena minn San Pawl il-Baħar, inqabad bid-droga nhar is-Sibt li għadda wara li l-Pulizija rċeviet tagħrif li kien qed ibiegħ id-droga.
L-akkużat qal li hu qiegħed bla xogħol u aċċetta €500.
Il-karozza kienet qed tinstaq minn Daniel Borg Olivier, li qal li ma jafx li Xuereb kien qed iġorr id-droga, li minn naħa tiegħu ma’ rreżistiex l-arrest.
Fi tfittxija fid-dar tal-akkużat instabet ukoll pistola u 49 balla. Instabet iktar droga, bl-akkużat jwieġeb li hu nnifsu għandu l-vizzju tad-droga.