Ċiklist ta’ 62 sena mir-Renju Unit li joqgħod Tas-Sliema, jinsab fil-periklu tal-mewt wara li ħabat ma’ vettura tal-għamla Chevrolet Lacetti li f’dak il-ħin kienet wieqfa fil-ġenb tat-triq għax kellha xi ħsara.
L-Inċident seħħ għall-ħabta tal-10:30 ta’ filgħodu fi Triq Tul il-Kosta, in-Naxxar.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku mill-Isptar Mater Dei biex jagħti l-ewwel għajnuna.
Ir-raġel itteħed l-isptar permezz t’ambulanza fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Natasha Galea Sciberras li ħatret diversi esperti sabiex
jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.