Raġel ta’ sitta u ħamsin sena qed isofri minn ġrieħi serji wara li weġġa’ b’chaser waqt li kien qed jagħmel xi xogħlijiet fir-residenza tiegħu.
L-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tat-tmienja u nofs fi Triq Ant. Schembri f’San Ġiljan.
Ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għal aktar kura fejn ġie ċċertifikat li sofra minn ġrieħi serji.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.