Raġel ġarrab ġrieħi gravi wara li waqa’ madwar sular għoli f’Birkirkara.
L-inċident seħħ illum, għall-ħabta tal–11:00 fi Triq il-Ġummar, Birkirkara.
Il-Pulizija tad-Distrett marru immedjatament fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari rriżulta li raġel mit-Togo, ta’ 36 sena residenti Birżebbuġa waqa’ madwar sular għoli waqt li kien qiegħed jagħmel xi xogħol ġewwa sit ta’ kostruzzjoni.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-