Raġel ta’ nazzjonalità barranija li għandu 38 sena u li joqgħod San Pawl il-Baħar, ġarrab ġrieħi gravi wara li waqa’ waqt li kien qed jagħmel xi xogħlijiet f’dar li tinsab fi Triq it-Tramuntana fil-Mellieħa.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-11:15 ta’ dalgħodu.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku li taw l-ewwel għajnuna u ambulanza ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett.