Raġel ta’ 41 sena mill-Gudja ġarrab ġrieħi gravi wara li waqa’ minn fuq sellum waqt li kien qed jagħmel xi xogħol f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq il-Palazz l-Aħmar f’Santa Venera.
L-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tas-7:15.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.