Raġel ta’ 52 sena mill-Fgura ġarrab ġrieħi gravi li sofra wara li waqa’.
Il-każ seħħ għall-ħabta tad-9:15 ta’ dalgħodu fiċ-ċentru tal-Fieri u l-Konvenzjonijiet ta’ Malta f’Ta’ Qali.
Minn investigazzjonijiet li saru rriżulta li r-raġel weġġa’ wara li waqa’ minn fuq kontejner waqt li kien qiegħed jagħmel xi xogħol.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.