Raġel ta’ 31 sena residenti Ħal Lija isofri ġrieħi wara li waqa’ minn fuq il-mutur fil-Mellieħa.
L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-9:45 ta’ filgħaxija.
Minn investigazzjonijiet li saru rriżulta li għal xi raġuni r-raġel waqa’ minn fuq il-mutur tat-tip KTM 300 EXC – li kien qed isuq.
Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.