Raġel ta’ 61 sena mill-Qala ġarrab ġrieħi gravi wara li waqa’ għoli ta’ madwar żewġ sulari minn fuq scaffoliding li kien ġnien ta’ dar li tinsab fi Triq Wied is-Simar fil-Qala.
L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9:30 tas-Sibt filgħodu.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku, li taw l-ewwel għajnuna. Ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.