Raġel mill-Bangladesh ta’ 41 sena li joqgħod il-Pietà, ġarrab ġrieħi gravi wara li waqa’ minn għoli ta’ madwar sular waqt li kien qed jagħmel xi xogħlijiet f’sit ta’ kostruzzjoni li jinsab fi Triq il-Kunċissjoni f’Ħal Qormi.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1:35 ta’ waranofsinhar.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.