Raġel Franċiż ta’ 54 mill-Isla ġarrab ġrieħi gravi li sofra wara li waqa’.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-10:00 ta’ filgħodu fi Triq San Filippu, l-Isla.
Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li r-raġel waqa’ għoli ta’ madwar 3 metri ġo bir vojt.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku li taw l-ewwel għajnuna u ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett.