Raġel ta’ 44 sena minn Birżebbuġa, qiegħed isofri minn ġrieħi gravi wara li waqa’ għoli ta’ żewġ filati ġo xaft li tinsab fi Triq it-Torri ta’ Alof De Wignacourt fix-Xgħajra.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10:30 ta’ dalgħodu.
Fuq il-post issejħu tim mediku li taw l-ewwel għajnuna u ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett.