Raġel ta’ 57 sena minn Ħaż-Żabbar ġarrab ġrieħi gravi wara li tilef il-kontroll tal-mutur tal-għamla Aprilia SR li kien qiegħed isuq b’konsegwenza li waqa’.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-1:45 ta’ waranofsinhar fi Triq it-Tliet Ibliet f’Bormla.
Is-sewwieq ingħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku u ttieħed b’ambulanza l-Isptar Mater Dei.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.