Ġuvni ta’ 21 sena minn Birkirkara qed isofri minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1:15 ta’ dalgħodu fi Triq il-Karmnu, Birkirkara.
Minn investigazzjonijiet preliminari li għamlu l-Pulizija tad-Distrett irriżulta li ġuvni tilef il-kontroll tal-karozza Mazda Demio li kien qed isuq, b’konsegwenza li laqat żewġ karozzi tal-għamla Suzuki Swift u Toyota Vitz li kienu pparkjati fl-istess triq.
Ix-xufier ingħata l-assistenza medika fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.