Raġel ta’ 26 sena minn San Ġwann ġarrab ġrieħi gravi wara li ħabat bl-iscooter li kien qed isuq ma’ mutur tal-għamla Kymco Agility li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 61 sena mill-Mosta.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-4:15 ta’ waranofsinhar fi Triq Erin Serracino Inglott, fl-Iklin.
Fuq il-post issejħet l-assistenza ta’ tim mediku li aktar tard ħa lir-raġel ta’ 26 sena, l-isptar Mater Dei għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.