Portugiż ta’ 25 sena li joqgħod l-Imsida qed isofri minn ġrieħi gravi, wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fin-Naxxar. L-inċident seħħ għall-ħabta 6:15 ta’ filgħodu fi Triq Tul il-Kosta, fejn ir-roundabout tas-Salini.
L-inċident seħħ bejn mutur tal-għamla Husovarna SM610 mijsuq mir-raġel ta’ 25 sena u vettura oħra, li skont is-sewwieq tal-mutur, telqet minn fuq il-post tal-inċident.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna fuq il-post, bis-sewwieq tal-mutur ittieħed l-isptar b’ambulanza. Iktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja, waqt li qed ssir tfittxija għall-vettura involuta fil-ħabta.