Raġel ta’ 44 sena mill-Kalkara ġarrab ġrieħi gravi wara li ħabat bil-mutur tal-għamla Suzuki li kien qed isuq ma’ karozza tat-tip Dacia Duster li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 52 minn Pembroke.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1:15 ta’ waranofsinhar fi Triq il-Kappillan Mifsud, f’Santa Venera.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna lis-sewwieq tal-mutur u ambulanza ħaditu l-Isptar Mater Dei għall-aktar kura.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.