Ġermaniż ta’ 20 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li allegatament qala’ xi daqqiet minħabba li kien involut f’argument.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-1:15 ta’ dalgħodu fi Triq Santa Rita, f’Paceville.
Fuq il-post issejħet l-assistenza ta’ tim mediku li ħa lill-ġuvni l-isptar Mater Dei għal aktar kura.
Intant, il-Pulizija arrestat żewġt irġiel b’rabta ma’ dan il-każ. Huma qed jinżammu fil-lock-up fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.