Isma minn fomm il-Gżirjani t-talba tagħhom biex jinfetaħ Manoel Island. Talba li jekk tkun aċċettata se jkun qed igawdi minnha l-poplu kollu.
Din iż-żona ilha magħluqa għal dawn l-aħħar sittax-il sena u ċaħdet lir-residenti tal-Gżira mil-baħar tal-madwar. Dwar dan il-Kunsill Lokali daħħal protest ġudizjarju quddiem il-qrati.