Waqt dawn iż-żminijiet ta’ festi, b’mod partikolari fix-xahar ta’ Diċembru, bosta jixtru kalendarju tal-avvent fejn ġurnata b’ġurnata jiftħu t-twieqi, u jieklu dik il-biċċa cikkulatina li jkollhom wara l-‘bibien’.
Kemm jekk għandek it-tfal u kemm jekk int adult, il-kalendarju tal-avvent huwa popolari fost kulħadd u llum il-ġurnata t-tradizzjoni taċ-ċikkulatini wara l-‘biebien’ tat-twieqi, qed tiġi mmodernizzata għaż-żminijiet tal-lum.
Entużjasta tal-ġobon mil-Londra, Annem Hobson, ħolqot kalendarju tal-avvent ġdid. Kalendarju b’differenza u li jiffoka fuq dak li tħobb hi, il-ġobon. Annem tikteb ta’ spiss fuq is-sit tagħha fejn wara li ħolqot dan il-kalendarju s-sena l-oħra ddeċidiet li taqsam l-idea mal-qarrejja tagħha b’instruzzjonijiet ta’ kif dan il-kalendarju jinħoloq.
Wara d-domanda kbira għal dan il-kalendarju Annem Hobson iddeċidiet li għas-sena d-dieħla hi se tkun qed taċċetta ordnijiet sabiex kull min irid wieħed, ikun jista’ jordnah minn fuq is-sit tagħha.