Fl-aħħar sigħat, 97 fiequ mill-COVID-19, filwaqt li feġġew 93 każ minn fost 3,941 test.
Dan ifisser li 97.6 fil-mija tat-testijiet li saru ġew negattivi u 2.4 fil-mija ġew pożittivi.
Sa issa, fiċ-ċentru ta’ ttestjar f’pajjiżna saru 485,650 testijiet.
Intant, anzjana ta’ 86 sena u anzjana ta’ 87 sena mietu fl-Isptar Mater Dei waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19, filwaqt li anzjan ta’ 69 li wkoll kien ikkonfermat pożittiv miet fil-Faċilità għall-Kura fit-Tul tas-Samaritan it-Tajjeb.