Fl-aħħar sigħat fiequ 85 persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 107 każijiet minn fost 2,919-il test.
Dan ifisser li 96.4% tat-testijiet li saru fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa ġew negattivi, u 3.6% ġew pożittivi.
Minn Marzu sal-lum, fis-sitt ċentri ta’ ttestjar f’pajjiżna, saru 323,634 test.