Fl-aħħar sigħat fiequ 74 persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 75 każijiet minn fost 2,946-il test.
Dan ifisser li 97.5% tat-testijiet li saru fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa ġew negattivi, u 2.5% ġew pożittivi.
Minn Marzu sal-lum, fis-sitt ċentri ta’ ttestjar f’pajjiżna, saru 326,580 test.