Matul dawn l-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa fiequ 63 persuna oħra mill-Covid-19 u feġġew 44 każ minn fost 2252 test.
Dan ifisser li 98.1% tat-testijiet li saru rriżultaw fin-negattiv, filwaqt li 1.9% biss irriżultaw fil-pożittiv.
B’kollox, sa issa, fis-sitt ċentri tat-ittestjar madwar Malta u Għawdex saru 258,809 test.
Fl-aġġornament ta’ kull ġimgħa dwar is-sitwazzjoni tal-Covid-19, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci spjegat kif l-għodda ta’ test li r-riżultat tiegħu joħroġ fi ftit minuti waslet u bħalissa għaddejja evalvazzjoni sabiex tara fejn l-aħjar li tista’ tintuża din l-għodda.
Il-Professur Gauci spjegat li mill-ajruport b’kollox saru 806 test, bi 18 minnhom irriżultaw fil-pożittiv.
Spjegat kif matul is-sajf ikun hemm mard infettiv fosthom dak relatat mal-ikel u li din is-sena, dan naqas minħabba li żdiedet l-iġjene.
Is-Supretendent għas-Saħħa Pubblika stqarret, “Aħna bħalissa m’għandniex il-Covid biss madwarna, il-mard l-ieħor baqa’ għaddej. Xi ħaġa li rajna li hija ta’ inkoraġġiment. Eżempju fis-sajf qabel kien ikollna ħafna każijiet food-born ilnesses, li permezz tal-iġjene stretta li kien qed ikollna rajna li kellna inqas każijiet ta’ food-born ilnesses, jiġifieri dak li jittieħed mill-ikel.”
Qalet kif f’pajjiżna qed isiru diversi spezzjonijiet ta’ dawk in-nies li jinsabu kwaratina.
Il-Professur Gauci qalet, “B’kollox overall insepctions saru 60,654 u kien hemm 191 citazzjonijiet għal dawk li kienu bħala contacts u erbgħin citazzjoni għal dawk li kienu bħala cases jew il-familji tagħhom. Fuq il-maskri min-naħa tal-Evironment Health Officers saru 1,099 inpections u kien 129 ċitazzjoni.”
u