Aktar minn 98% ta’ dawk li fl-aħħar sigħat ittestjaw għall-Covid-19 irriżultaw fin-negattiv.
Dan filwaqt li fiequ 44 persuna oħra.
B’kollox saru 2,542 test għall-Covid-19.
2,505 persuna rriżultaw fin-negattiv, jiġifieri 98.6% tat-testijiet u 37 persuna, jiġifieri 1.4% tat-testijiet irriżultaw fil-pożittiv.
In-numru ta’ testijiet għall-Covid-19 issa qabżu l-182,000.