Fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa fiequ 43 persuna oħra mill-Covid-19 u feġġew 65 każ minn fost 2,108 testijiet.
Dan ifisser li 97% tat-testijiet li saru rriżultaw fin-negattiv, filwaqt li 3% rriżultaw fil-pożittiv.
B’kollox, sa issa, fis-sitt ċentri tat-ittestjar madwar Malta u Għawdex saru 260,917-il test.
https://www.facebook.com/sahhagovmt/posts/208521447533073