Matul dawn l-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa fiequ 43 persuna oħra mill-Covid-19 u feġġew 37 każ minn fost 2,574 test.
Dan ifisser li 98.6% tat-testijiet li saru rriżultaw fin-negattiv, filwaqt li 1.4% biss irriżultaw fil-pożittiv.
B’kollox, sa issa, fis-sitt ċentri tat-ittestjar madwar Malta u Għawdex saru 256,557 test.
https://www.facebook.com/sahhagovmt/posts/207903734261511