Fl-aħħar 24 siegħa fiequ 41 persuna, filwaqt li feġġew 27 każ minn fost 2,302 testijiet.
Dan ifisser li 98.8% tat-testijiet li saru rriżultaw fin-negattiv, filwaqt li 1.2% biss irriżultaw fil-pożittiv.
Sa issa b’kollox, fis-sitt ċentri tat-ittestjar madwar Malta u Għawdex saru kważi 250,000 test.