Fl-aħħar sigħat, fiequ 26 persuna oħra mill-COVID-19 f’pajjiżna, u feġġew 25 każ ġdid, minn 1551 test.
In-numru ta’ każijiet attivi niżel għal 398.
Iċ-ċifri fl-aħħar sigħat ifissru li ftit aktar minn tmienja u disgħin fil-mija tal-persuni li ġew ittestjati ġew negattivi, u wieħed punt sitta fil-mija biss ġew pożittivi.