Fl-aħħar sigħat fiequ tnejn u għoxrin persuna oħra mill-COVID-19 f’pajjiżna, filwaqt li feġġew mija u sitt każijiet ġodda minn fost elfejn, erba’ mija u sebgħin test.
Dan ifisser li sitta u disgħin fil-mija tat-testijiet li saru fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa ġew negattivi, u erbgħa fil-mija ġew pożittivi.
Il-każijiet attivi bħalissa huma ħames mija u wieħed u disgħin u b’kollox saru mitejn u wieħed u għoxrin elf, mija u tnejn u sittin test.
https://www.facebook.com/sahhagovmt/posts/203356594716225