Fl-aħħar sigħat fiequ 22 persuna oħra mill-COVID-19 f’pajjiżna, u feġġew 100 każ minn fost 2,315-il test.
Dan ifisser li 95.7% tat-testijiet li saru fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa ġew negattivi u 4.3% ġew pożittivi.
B’kollox, fis-sitt ċentri ta’ ttestjar f’pajjiżna saru 277,626 test.