Fl-aħħar sigħat, 200 persuna oħra fiequ mill-Covid-19, filwaqt li feġġew 208 każijiet minn fost 3,565 test.
Dan ifisser li 94.2% tat-testijiet li saru ġew negattivi filwaqt 5.8% ġew pożittivi.
Sa issa, fiċ-ċentri ta’ ttestjar f’pajjiżna saru 603,026 test.
B’kollox, s’issa, tlaqqmu kontra l-Covid-19 23,512 persuna, fejn fosthom elfejn u ħamsa u disgħin ngħataw it-tieni doża.
Intant, anzjan ta’ 87 sena, anzjan ta’ 69 sena u anzjana ta’ 87 sena mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.