Fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa fiequ 19-il persuna oħra mill-Covid-19 u feġġew 64 każ minn fost 2491 test.
Dan ifisser li 97.4% tat-testijiet li saru rriżultaw fin-negattiv, filwaqt li 2.6% rriżultaw fil-pożittiv.
B’kollox, sa issa, fis-sitt ċentri tat-ittestjar madwar Malta u Għawdex saru 272,579 test.