Fl-aħħar 24 siegħa fiequ 18 persuna oħra mill-Coronavirus filwaqt li feġġew 42 każ minn fost 2,303 testijiet.
Dan ifisser li 98.2% tat-testijiet li saru ġew negattivi, filwaqt li 1.8% biss irriżultaw fil-pożittiv.
Sa issa b’kollox, fis-sitt ċentri tat-ittestjar madwar Malta u Għawdex saru 240,387 test.