Fl-aħħar sigħat fiequ 167 persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 84 każ minn fost 3,004 testijiet.
Dan ifisser li 97.3% tat-testijiet li saru fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa ġew negattivi, u 2.7% ġew pożittivi.
S’issa fiċ-ċentri ta’ ttestjar f’pajjiżna, saru 349,150 test.