Fl-aħħar sigħat fiequ 124 persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 116-il każ minn fost 3,030 test.
Dan ifisser li 96.2% tat-testijiet li saru ġew negattivi, u 3.8% ġew pożittivi.
Sa issa, fiċ-ċentri ta’ ttestjar f’pajjiżna, saru 413,011 test.