Fl-aħħar sigħat fiequ 123 persuna oħra mill-COVID-19 f’pajjiżna u feġġew 103 każijiet minn fost 3189 test.
Dan ifisser li 96.8% tat-testijiet ġew negattivi filwaqt li 3.2% ġew pożittivi.
Minn Marzu sal-lum, fiċ-ċentri ta’ ttestjar f’pajjiżna, saru 386,318 test.