Fil-jum li bdew jitlaqqmu n-nies kontra l-Coronavirus f’Malta, fiequ 118-il persuna oħra u feġġew 84 każ minn fost 2,249 test.
Dan ifisser li 96.3% tat-testijiet ġew negattivi u 3.7% ġew pożittivi.
Sa issa, fiċ-ċentri ta’ ttestjar f’pajjiżna saru 503,660 test.
Intant, fl-aħħar sigħat mietu erba’ anzjani li kienu pożittivi għall-COVID-19.
Fil-Milied mietet anzjana ta’ 74 sena fl-Isptar Mater Dei, ilbieraħ mietu anzjana ta’ 80 sena fl-Isptar St Thomas u anzjana ta’ 89 sena fl-Isptar Mater Dei, u llum fl-Isptar Mater Dei mietet anzjana ta’ 86 sena.