Fl-aħħar sigħat fiequ 108 persuni oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 121 każ minn fost 3,091 test.
Dan ifisser li 96.1% tat-testijiet li saru ġew negattivi, u 3.9% ġew pożittivi.
Sa issa, fiċ-ċentri ta’ ttestjar f’pajjiżna, saru 428,014-il test.