Fl-aħħar sigħat, anzjana ta’ 86 sena, anzjana ta’ 76 sena, anzjana ta’ 86 sena u anzjan ta’ 84 sena, mietu waqt li kienu pożittivi għall-COVID-19. Huma mietu waqt li kienu qed jingħataw il-kura fl-Isptar Mater Dei.
Intant, 101 persuna fiequ mill-COVID-19, filwaqt li feġġew 52 każ minn fost 2,612 test.
Dan ifisser li 98.1% tat-testijiet li saru ġew negattivi u 1.9% ġew pożittivi.
Sa issa, fiċ-ċentru ta’ ttestjar f’pajjiżna saru kważi 482,000 testijiet.