Fl-aħħar 24 siegħa fiequ 43 persuna oħra mill-Covid-19 f’pajjiżna filwaqt li feġġew 29 każ minn fost 2,096 swab tests li saru.
Dan ifisser li 98.6% tat-testijiet li saru ġew negattivi, filwaqt li 1.4% biss irriżultaw fil-pożittiv.
Sa issa b’kollox, fis-sitt ċentri tat-ittestjar madwar Malta u Għawdex saru 245,028 test.