Ftit tal-ħin ilu l-Ministru Helena Dalli għadha kemm iffirmat dikjarazzjoni għall-inklużjoni fil-postijiet tax-xogħol waqt l-IDAHO Forum li qed isir f’Copenhagen.
Il-Ministru Dalli indirizatt wkoll konferenza ta’ organizazzjonijiet LGBTIQ fejn tkellmet dwar il-progress li sar f’Malta fuq drittijiet ċivili matul l-aħħar snin. Hija spjegat kif it-tmexxija ta’ dan il-Gvern f’dan il-qasam kienet importanti ħafna.
Helena Dalli pparteċipat wkoll f’laqgħa annwali tal-Ministri dwar id-drittijiet tal-LGBTIQ flimkien mal-Kummissarju Vera Jurova. Hawnhekk il-Ministru ħabbret fit-23 ta’ Frar 2017, iġifieri waqt il-Presidenza tal-Unjoni Ewropea, Malta ser tkun qed tospita l-Ministri f’laqgħa dwar l-ugwaljanza.