L-Ambaxxatur tal-Università tan-Nazzjonjiet Magħquda tal-Paċi, li huma stazzjonati fl-uffiċini tan-Nazzjonijiet Magħquda f’Ġeneva, flimkien mal-Ministeru tal-Edukazzjoni, iffirmaw ftehim ta’ sħubija fuq inizjattiva li qed issir ma’ GIOYA Higher Education Institution.
Din se tintroduċi dottorat internazzjonali fuq Diplomazija Kummerċjali, imfassla għal ħaddiema professjonali, fejn l-arbitraġġ se jifforma parti prinċipali mid-dottorat. Din l-allejanza qed tqanqal interess kbir fosthom mill-UNIDROIT Academy (Organizzazzjoni internazzjonali għall-armonizzazzjoni tal-liġi privata internazzjonali), u Shanghai Arbitration Commission li tiġa wrew interess għal kollaborazzjoni.
Minkejja ċ-ċokon ta’ pajjiżna, dan il-ftehim se jkompli jgħolli l-kwalità ta’ opportunitajiet edukattivi li pajjiżna għandu x’joffri lill hinn minn xtutna, opportunitajiet li joffru l-għarfien speċjalizzat fuq edukazzjoni universitarja.
L-Ambaxxatur Fernandez Puyana attenda wkoll għall-inawgurazzjoni tal-avveniment annwali tal-XI garagErasmus, avveniment ospitat mill-Ministeru tal-Edukazzjoni fl-MCAST. Dan l-avvenimant ra’ l-parteċipazzjoni ta’ madwar għoxrin dinjitarju universitarju u rappreżentazzjoni minn tletin assoċjazjzonijiet lokali tal-garagErasmus.
Waqt id-diskors tiegħu l-Ministru tal-Edukazzjoni Clifton Grima enfasizza l-viżjoni ambizzjużi tal-edukazzjoni ta’ pajjiżna. Huwa kellu kliem ta’ tifħir u saħaq li se jkompli s-sapport kontinwu favur il-programm tal-Erasmus.