Iffirmat Memorandum of Understanding biex iż-żoni industrijali jitmexxew aħjar u jkollhom dak li jistħoqilhom.
Il-ftehim kien iffirmat bejn il-Kamra tal-Kummerċ u l-Malta Industrial Parks.
Il-President tal-Kamra tal-Kummerċ, Anton Borg qal li dan il-ftehim se jagħti qafas biex permezz tiegħu jiġu mmexija aħjar l-industrial parks.
Min-naħa tiegħu, iċ-Ċermen tal-MIP, Tony Zahra qal li din hija okkażjoni speċjali fejn is-settur privat qed jingħaqad ma’ dak pubbliku.
Norman Aquilina mill-Grupp Ekonomiku għall-Manifattura u Industriji oħra fil-Kamra tal-Kummerċ. esprima s-sodisfazzjon tiegħu għal dan il-ftehim u qal li se jservi ta’ bażi tajba għat-triq ‘il quddiem.
Il-Ministru Chris Cardona rrimarka kif fl-aħħar snin, ittieħdu diversi deċiżjonijiet li kienu sinjifikanti, bl-aktar waħda partikolari tkun it-twaqqif ta’ Trade Malta.
Huwa qal li l-ekonomija suċċess u ffukata ta’ pajjiżna hija sostnuta minn kwalita’ għolja, dinamika, produttiva u innovattiva tas-settur privat.
Sostna li huwa dan li jpoġġi lil Malta bħala hub globali għan-negozji u l-investiment li jwasslu għal aktar prosperita’.
Filwaqt li qal li bħalissa Malta qed tesperjenza tkabbir ekonomiku kbir, saħaq li hija r-responsabilità tal-Gvern li jkompli jżomm dan il-momentum.
Fuq kollox, żied li din il-kollaborazzjoni bejn is-settur privat u dak pubbliku tippermetti lill-ekonomija Maltija biex tkun aktar sensittiva, flessibli u li tirrispondi għall-bżonnijiet tas-suq.