Ġie ffirmat Memorandum of Understanding (MoU) bejn Malta Libraries u l-Fondazzjoni RISe. Il-ftehim se jistabbilixxi sforz kollaborattiv bejn iż-żewġ partijiet li permezz tiegħu l-Malta Libraries tkun qed tassisti lill-Fondazzjoni RISe fit-twaqqif ta’ librerija speċjali mgħammra bil-kotba u materjal ieħor li wieħed isib fil-libreriji. Din il-librerija speċjali se tiffoka primarjament fuq il-korsijiet edukattivi organizzati mir-RISe u se sservi bħala pjattaforma biex teduka u tinforma lill-priġunieri biex tgħinhom jintegraw fis-soċjetà. Permezz ta’ dan il-ftehim il-Malta Libraries se tkun qed tappoġġja lill-Fondazzjoni billi tagħti donazzjoni ta’ kotba biex jintużaw fil-hub edukattiv tagħhom. Fl-istess waqt, Malta Libraries se tkun qed toffri appoġġ tekniku fl-organizzazzjoni u ż-żamma tal-librerija l-ġdida.
Dan il-ftehim ġie iffirmat mil-Librar Nazzjonali u l-Uffiċjal Kap Eżekuttiv ta’ Malta Libraries, Cheryl Falzon u l-Fundatur tal-Programm u Direttur tal-Fondazzjoni RISe, Charles Mifsud.