Il-Ministru għall-affarijiet barranin u l-ekwalita’ Helena Dalli ffirmat MOU mal-kummissarju tal-Awstralja għal Malta, Julianne Hince għal iktar koperazzjoni bejn il-pajjiżi dwar l-ekwalita’ tal-ġeneru.
Il-Ministru Helena Dalli saħqet li Malta u l-Awstralja għandhom ħafna komuni fuq is-suġġett u għalhekk il-koperazzjoni bejn il-pajjiżi hija t-triq ‘il quddiem.
Il-kummissarju għoli tal-Awstralja għal Malta saħqet li pajjiżna għamel qabża kbira minn pajjiż li d-divorzju kien illegali għal pajjiż li sar jaċċetta ż-żwieġ bejn koppji omosesswali u jirrispetta l-libertajiet ċivili.