Il-kumpanija tal-crypto currency Binance, li ilha f pajjiżna minn April li għadda, ffirmat ftehim mal-Borża ta’ Malta.
Dan biex issa l-kumpanija tkun tista tipparteċipa fis-suq tal-ishma f’pajjiżna.
Iċ-ċermen tal-Borza ta’ Malta Joe Portelli iddeskriva dan il-pass bħala wieħed importanti ferm, u li qed jappoġġjaw il-pass kuraġġjuż tal-Gvern Malti li jkun pijunier f’dan is settur.
Qal ukoll li dan hu t-tielet MOU ta’ dan it tip, bil-Borza ta’ New York tiffirma l-ewwel wieħed tagħha din il-ġimgħa. Hu ddeskriva dan bhala turija ċara li pajjiżi kbar qed jimxu wara pajjiżna.
Wei Zhou minn Binance laqa’ l-ftehim bi pjaċir u qal li dan huwa pass naturali. Dan waqt li ddeskriva l-għattx li għandu l Gvern Malti għas-suċċess, bħala inkoraġġanti.