F’Shanghai ċ-Ċina, il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Carmelo Abela, fil-presenża tal-Prim Ministru Joseph Muscat, iffirma f’isem Malta, Memorandum of Understanding bejn Malta u ċ-Ċina taħt il-qafas tal-One belt one road initiative.
Il-ftehim li kien iffirmat miċ-Chairman tal-Kummissjoni għall-Iżvilupp Nazzjonali u tar-Riformi, He Lifeng għan-naħa taċ-Ċina, jipprovdi qafas bejn iż-żewġ pajjiżi biex isiru progetti, investimenti u koperazzjoni f’oqsma bħal dawk tal-kummerċ, servizzi finanzjarji u turiżmu.
L-iskop ta’ din l-iniżjattiva hija li tigbor flimkien ftehimiet differenti u jipprovdi qafas li jagħti sinjal lil kumpaniji Ċiniżi li għal Gvern Ċiniż, Malta huwa pajjiż tajjeb fejn isir investiment, f’ rispett għar-regoli tal-Unjoni Ewropea. Malta hija fost l-ewwel pajjiżi Ewropej li ċ-Ċina qed tiffirma dan il-ftehim.
Il-One Belt & Road Initiative hija inizjattiva ewleinija tal-President Ċiniż, Xi Jinping, u l-iffirmar jindika li r-relazzjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi se jkomplu jissaħħu.
#Malta signs One Belt One Road Memorandum of Understanding that will facilitate cooperation and provide a better framework for #China investments -JM pic.twitter.com/8TB50udsQn
— Joseph Muscat (@JosephMuscat_JM) November 6, 2018