L-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali ta’ Malta u d-Direzzjoni Nazzjonali Antimafia u Antiterrorismo tal-Italja ffirmaw Memorandum of Understanding li jiftaħ it-triq għal aktar koperazzjoni bejn iż-żewġ organizzazzjonijiet.
Il-Memorandum li ilu jiġi diskuss għal xi xhur, hu pass importanti għall-ħidma flimkien taż-żewġ organizzazzjonijiet ta’ prosekuzzjoni fiż-żewġ pajjiżi partikolarment fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u kontra t-theddid għas-sigurtà taż-żewġ pajjiżi.
Il-ftehim ġie ffirmat l-Erbgħa fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali bejn il-Procuratore NazionaleAntimafia u Antiterrorismo Federico Cafiero de Raho u l-Avukat Ġenerali, Dr Peter Grech.