Ġie ffirmat l-ewwel ftehim kollettiv għall-ħaddiema tal-Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi għall-perjodu ta’ erba’ snin.
Dan l-uffiċċju twaqqaf fl-2021 u bħalissa l-ammont totali ta’ ħaddiema huwa ta’ 18-il persuna.
Dan il-ftehim sar fil-preżenza tal-Ministru għall-Ġustizzja Jonathan Attard.
Id-Direttur ta’ dan l-uffiċċju Anton Sevasta qal li dan l-ewwel ftehim kollettiv kemm ilha mwaqffa din l-aġenzija.
Intqal li dan it-titjib fil-kundizzjonijiet huma importanti hekk kif qed isir fi żmien li din l-aġenzija qed tikber, fosthom b’uffiċini ġodda fil-Marsa.
Il-Ministru Jonathan Attard sostna li dan huwa tragward għall-ħaddiema ta’ din l-aġenzija u dan huwa prova ta’ kemm il-Gvern isaħħaħ l-istituzzjonijiet.
Dr Attard semma l-ħidma li saret minn din l-aġenzija, hekk kif mill-bidu ta’ din is-sena sa Settembru kien hemm 45 spezzjoni u sa nofs din is-sena kien hemm €5 miljun li ġew iffrizati.
Preżenti għal dan l-iffirmar kien hemm is-Segretarju Ġenerali tal-General Workers’ Union Josef Bugeja qal li d-djalogu soċjali f’pajjiżna huwa b’saħħtu u dan huwa importanti għall-ħaddiema, biex ikollhom kundizzjonijiet aħjar tax-xogħol.